Press Release – 21st April 2024
see https://tvmnews.mt/sport/siggiewi-rowing-club-fir-regatta-ta-palio-marinaro-di-santa-fermina/

EN
A spirited team of Siġġiewi Rowing Club rowers had the pleasure of rowing alongside their Italian counterparts at the prestigious 2024 edition of the Palio Marinaro di Santa Fermina in Civitavecchia.
The Maltese team was formed by Ivan Cassar (captain), Twanny Viacava, Byron Falzon , Gerald Micallef, Christian Frendo and Angelique Theuma (coxswains). This year, Siġġiewi Rowing Club was racing against boats equipped with rowers representing the cities of Civitavecchia, Fiumicino, Gaeta, as well as the marines from the Lazio, Campania, and Tuscan coast.
Unlike the Malta National Regatta which is a straight-line race on just over 1km, the Civitavecchia regatta is a more complex 500m sprint race with the boats making a turn with their respective buoy after the first 250m. This year’s regatta marked the 38th edition which and was organised in collaboration with the Associazione Culturale e Sportiva Mare Nostrum 2000. This was the second consecutive year that the Club was competing in the Palio Marinaro di Santa Fermina.
The Siġġiewi Rowing Club participation in this international rowing event was made possible thanks to the financial assistance of SportMalta.
MT
Siġġiewi Rowing Club ikkompetew fir-regatta ta’ Palio Marinaro di Santa Fermina flimkien ma’ qaddiefa Taljani ta’ esperjenza. Il-qaddiefa Maltin qadfu flimkien mal-kontropartijiet Taljani tagħhom fl-edizzjoni prestiġjuża tal-2024 tal-Palio Marinaro di Santa Fermina f’Civitavecchia.
It-tim Malti kien iffurmat minn Ivan Cassar (captain), Twanny Viacava, Byron Falzon, Gerald Micallef, Christian Frendo u Angelique Theuma (coxswains). Din is-sena, Siġġiewi Rowing Club kien qed jikkompeti kontra dgħajjes mgħammra b’qaddiefa li jirrappreżentaw il-bliet ta’ Civitavecchia, Fiumicino, Gaeta, kif ukoll il-marines mill-kosta ta’ Lazio, Campania, u Toscana.
B’differenza mir-Regatta Nazzjonali ta’ Malta li hija tiġrija dritta fuq ftit aktar minn 1km, ir-Regatta ta’ Civitavecchia hija tiġrija aktar kumplessa ta’ 500m sprint bid-dgħajjes jagħmlu dawra mal-baga rispettiva tagħhom wara l-ewwel 250m. Ir-regatta ta’ din is-sena mmarkat it-38 edizzjoni ta’ din l-attivita’ u kienet organizzata b’kollaborazzjoni mal-Associazione Culturale e Sportiva Mare Nostrum 2000. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li l-Club Malti kien qed jikkompeti fil-Palio Marinaro di Santa Fermina.
Il-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi Rowing Club f’dan l-avveniment internazzjonali tal-qdif saret possibbli grazzi għall-għajnuna finanzjarja ta’ SportMalta.
